Ttestja pożittiv Test positive

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal ITTESTJA POŻITTIV għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal ITTESTJA b’id waħda forma ta’ L bil-pala tħares ’il ġewwa. Il-werrej igħaddi ħafif fuq il-ġbin u kif joħroġ mal-ġenb tar-ras jingħalaq fil-forma ta’ T. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal POŻITTIV. Id waħda tieqaf forma ta’ 1 bil-werrej jippuntaw ’il fuq waqt li l-pala tħares lejn il-ġenb. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ 1 bil-pala tħares ’l isfel u l-werrej jipponta lejn il-ġenb u jteptep xi darbtejn mal-werrej tal-id il-wieqfa.

The sign for TEST POSITIVE (vb) has two parts. (i) First the sign for TEST is made with one hand in the shape of L with palm facing inwards. The index finger touches the forehead lightly as it moves along it and as soon as it moves beside the head forms the shape of T. (ii) Then the sign for POSITIVE is made. One hand is held upright in the shape of 1 with the index finger pointing upwards and palm facing the side. The other hand takes the shape of 1 with palm facing downwards and the index finger taps twice or more against the index finger of the stationary hand.